Ngħinuk

    fil-

Vjaġġ

 

 

 

Ngħinuk fil-Vjaġġ

Veru li, fil-biċċa l-kbira, Malta tolleranti ta’ persuni li ma jħaddnux reliġjon partikolari, imma mhix l-ewwel darba li tisma’ b’individwi jew bi gruppi li jkollhom bżonn l-appoġġ meta jkunu qed jaħsbu li jitilqu, jew wara li jkunu telqu, minn komunità reliġjuża u/jew kult reliġjuż. Bħala Umanisti Maltin, nixtiequ ngħinu kif nistgħu.

Bħalissa qed ngħinu lil Xhieda ta’ Jehovah fil-grupp Awake2Freedom (https://maltahumanist.org/mt/supporting-your-journey/), imma lesti li nitkellmu ma’ kwalunkwe individwu jew grupp ieħor, ikun xi jkun l-isfond reliġjuż tiegħu, li jkun jeħtieġ l-għajnuna biex jixtarr l-attitudni tiegħu dwar it-twemmin reliġjuż jew x’jiġri jekk jabbanduna dan it-twemmin.

helpingHand_ladderBl-ebda mod ma rridu noħolqu pressjoni fuq xi ħadd biex iżomm, ibiddel jew jitlaq reliġjon, jew iħaddan xi filosofija. Irridu biss ngħinuk issib tarf tad-dubji li jista’ jkollok; hi xi ħaġa normali li jkollok mistoqsijiet. M’għandekx bżonn issib timbru għalik innifsek, u aħna qatt ma nippruvaw nimponu wieħed fuq xi ħadd; kulħadd għandu triqtu (u l-Umaniżmu mhuwiex sostitut tar-reliġjon).

Il-bnedmin għandhom kull dritt ma jemmnux, imma, għal uħud, il-proċess biex iħallu reliġjon jaf ikun ikkumplikat u impenjattiv. Dawk li jitilqu l-fidi tagħhom jaf jiġu mwarrba minn familthom u minn sħabhom, u jisfaw konfużi, iżolati – jew saħansitra taqbadhom ansjetà jew depressjoni. F’dawn is-sitwazzjonijiet, nixtiequ noffru l-appoġġ tagħna.

Several of our members have experiences of transitioning from religion. You can find a recorded talk of our current chair, Christian Colombo, sharing his experience of leaving a very religious group and eventually losing the Catholic faith altogether.

Do contact us if you think we can help you: journey@humanistsmalta.org

 

Agħti Donazzjoni jew Sir Membru

mt_MT