Min jiddeċiedi kif għandha tintemm ħajtek – int jew l-istat?

Dawn id-deċiżjonijiet huma personali ħafna. L-istat għandu jissalvagwardja d-drittijiet tiegħek, mhux jopponihom. Li nċaħħdu lil xi ħadd mil-libertà li jiddeċiedi kif u meta jtemm ħajtu f’każijiet ta’ tbatija insopportabbli, mhix protezzjoni – imma kontroll.

Meta nġiegħlu lil xi ħadd ibati, vera nkunu qed nipproteġu l-ħajja?

Li ntawlu tbatija insopportabbli kontra r-rieda tal-persuna mhix kompassjoni imma kattiverja. Rispett veru lejn il-ħajja jinkludi rispett lejn il-kwalità ta’ dik il-ħajja. Li nipproteġu l-ħajja m’għandux ifisser li nċaħħdu lill-persuna mid-dinjità li tiddeċiedi meta ma tkunx lesta tissoporti aktar.

Il-legalizzazzjoni tal-ewtanasja tikkomprometti l-kura paljattiva? (Ħjiel: Le)

Pajjiżi fejn l-ewtanasja hija legali, ħafna drabi jkollhom kura paljattiva aħjar, u mhux agħar. Dawn il-liġijiet ma jiħdux post il-kura – iżda joffru l-għażla. Soċjetajiet li juru kompassjoni jinvestu fit-tnejn: inaqqsu t-tbatija permezz tal-kura u jirrispettaw l-awtonomija meta l-kura ma tibqax biżżejjed.

Skopri iktar…

Hemm ħafna iktar x’titgħallem u tiskopri!

 

en_GB